Kien vjolenti, ħafritlu u se tiżżewġu

Read in English.

Għaxart ijiem qabel it-tieġ mara akkużat lill-partner tagħha li kien vjolenti magħha iżda ħafritlu u xorta se tiżżewġu. Iżda minkejja li ħafritlu u hu qal li mhux ħati, il-Maġistrat Farrugia żammuitu arrestat.

Il-Bożnjak ta’ 39 sena qiegħed jiġi akkużat li kien xurban u mhux f’kundizzjoni li jieħu ħsieb tiegħu nnifsu t-Tlieta li għadda f’San Ġwann.

Huwa akkużat ukoll li l-għada filgħodu attakka u weġġa’ lill-għarusa tiegħu għaxart ijiem qabel it-tieġ. Hija marret tirrapporta lill-Pulizija li waqt argument li kellhom huma mbuttaw lil xulxin, u hu taha daqqa ta’ ħarta f’wiċċha.

L-Avukat tad-Difiża Ishmael Psaila talab li l-Qorti tisma’ l-każ, għaliex il-mara ddispjaċieha u xtaqet tneħħi l-ilment tagħha, iżda l-Maġistrat Farrugia rrifjutat u ċaħdet it-talba tar-raġel li jinħeles.

L-akkużat li joqgħod u jaħdem fil-Ġermanja qal li mhuwiex ħati.