Kien Malta t-terrorist li qatel 22 persuna fl-Ingilterra

Iż-żagħżugħ li lura f’Mejju tal-2017 sploda bomba waqt kunċert mużikali f’Manchester kien intbagħat l-Ingilterra wara ttieħed mill-Kosta Libjana għal Malta. Dan ħareġ minn rapport minn Daily Mail.

Lura fl-2014, Salman Abedi li dak iż-żmien kellu 19-il sena kien instab minn HMS Enterprise. Aktar tard, fl-2017 hu għamel bomba f’Manchester Arena waqt kunċert tal-kantanta pop Arianna Grande li ħasdet il-ħajja ta’ 22 persuna, inkluż seba’ tfal.

Skont ir-rapport, Abedi u ħuh kienu fost il-110 persuna evakwata mil-Libja. Familjari jidher li kkonfermaw li huma ntbagħtu flimkien lejn Malta bil-Flotta Rjali.

Sorsi minn Londra qalu ma’ ġurnal barrani li ma jistgħux jemmnu kif wara li ġie salvat mil-Libja kellu jitradixxi lill-pajjiż fejn kien qed jgħix b’dan il-mod.

L-aħwa Abedi għamlu tul ta’ żmien jivjaġġaw minn Manchester għal Tripoli, minħabba li l-ġenituri tagħhom irritornaw il-Libja.

L-attakk terroristiku kien wassal sabiex il-Prim Ministru Theresa May iżżid il-forzi tagħha kontra t-terroriżmu. Bħala miżuri żdiedet l-għassa mill-forti militari ħdejn siti prinċipali u f’diversi attivitajiet fosthom kunċerti.