“Kien jgħaddi minn quddiemi jirrejżja l-mutur”; illiberat

Arkivji

Raġel ta’ 42 sena ġie lliberat mill-akkużi li fl-2016 ta fastidju u anke naqas milli juri rispett lill-eks tfajla tiegħu.  Sara Barbieri, l-eks tfajla, qalet li Salvatore La Rocco ġieli kien jgħaddi minn quddiem il-ħanut tagħha u jirrejżja l-mutur tiegħu.

Ladarba ma baqgħetx tgħix fir-residenza fejn kienet toqgħod, La Rocca mar jgħix fl-istess triq tagħha. L-imputat kellu anke akkużi li daħal fil-mezzi soċjali tal-eks tfajla sabiex ikun jista’ jsus fuqha. Fil-Qorti nstema’ li tant kemm Barbieri kienet imbeżża’, li kellu jmur missierha mill-Italja sabiex joqgħod magħha.

Fil-Qorti, il-Maġistrat Joe Mifsud qal li ma sabx ħtija f’La Rocco. Il-Qorti qalet li din il-kwistjoni kellha titressaq quddiem il-Qorti Ċivili iżjed milli kellha tittella’ quddiem il-Qorti Kriminali.