Kien jaħdem f’ristorant irregolarment; akkużat li seraq minn ristorant ieħor

Raġel li kien qed jaħdem f’ristorant b’mod irregolari ġie akkużat li seraq flus minn ristorant ieħor f’Wied il-Għajn.

Fil-Qorti, ir-raġel ta’ 40 sena mis-Serbja wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Allegatament seraq €30 minn ristorant fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu aktar kmieni din il-ġimgħa.

Ir-raġel ġie identifikat minn nies li għarfuh minn fuq filmat tas-CCTV li beda jdur fuq il-midja soċjali.

L-avukat tad-difiża talab għall-ħelsien mill-arrest. Però, il-Qorti ċaħdet din it-talba. Għalhekk ir-raġel baqa’ jinżamm taħt arrest. Il-Qorti ordnat ukoll li għandha ssir investigazzjoni fl-impjieg tar-raġel peress li jidher li kien wieħed irregolari.