Kien jaf juża t-talenti li Alla tah b’mod sabiħ ħafna – Isqof Elett Galea Curmi

 

L-Isqof Elett Mons Joe Galea Curmi iddeskriva lill-artist Gabriel Caruana bħala bniedem li kien jaf juża t-talenti li tah Alla b’mod sabiħ ħafna. L-Isqof Elett għamel l-omelija fl-okkażżjoni tal-funeral tal-artist li għalih, ir-raħal ta’ Ħal Balzan ħareġ bi ħġaru. Caruana kien minn Ħal Balzan u kien benefattur kbir tal-Każin tal-banda San Gabriel. “Għamel ġieh lil Malta’, ssokta Mons Galea Curmi ” u l-arti tiegħu kienet rinomata internazzjonalment. Ra ukoll kif jgħix il-fidi tiegħu permezz tal-arti għax uża l-arti biex jesprimi l-fidi tiegħu.’ Spjega li l-figura tal-Annunzjata ssiba ħafna fl-arti tiegħu b’diversi modi. Qal li Caruana kien jimxi sew ukoll fuq dak li qal Kristu fejn ‘dak li għamiltu ma l-iżgħar fost ħuti, għamiltuh miegħi’. Ta’ dan ukoll, qal Mons Galea Curmi, Caruana jibqa mfakkar.