“Kien ilu mejjet 3 ijiem”

Il-katavru ta’ Patrick Miller, li nstab ilbieraħ filgħaxija f’residenza f’Marsalforn kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, b’sorsi qrib l-investigazzjoni jgħidu li Miller kien ilu mejjet tlett ijiem.

Huwa nstab mejjet f’residenza fi Triq Santa Marija, u bl-għajnuna tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ddaħħal fil-karozza tal-mejtin tal-Pulizija. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li Miller miet mewta naturali fl-età ta’ 70 sena. Miller, kien wieħed mill-ewwel persuni li bdew jaħdmu ma’ Radio 101, illum Net FM.

Persuni li jgħixu fl-inħawi qalu ma’ Newsbook.com.mt li fl-aħħar jiem kienu qed ixommu rwejjaħ strambi.