Kien il-bdot tal-ħelikopters ta’ James Bond!

Il-bdot tal-ħelikopter li ħabat fi krejn fuq skyscraper f’Londra kellu esperjenza kbira fix-xogħol tiegħu. Pete Barnes ta’ 50 sena kien saħansittra l-bdot ta’ ħelikopters li ntużaw fil-films ‘Saving Private Ryan’, ‘Tomb Raider II’ u wieħed mill-films ta’ James Bond.

Il-kumpanija li kienet timpjegaħ qalet li Barnes kien għamel xejn inqas minn 9000 siegħa fl-ajru.

L-inċident ġara għall-ħabta tat-tmienja tal-bieraħ filgħodu, ħin Ingliż. Abbord il-ħelikopter kien hemm biss il-bdot. Malli ħabat mal-krejn, il-ħelikopter niżel fuq żewġ karozzi u sploda fit-triq. Fl-inċident mietet persuna oħra minibarra l-bdot.