Kien hemm min xorta daħal fis-sett ta’ Brangelina!

Minkejja li Newsbook.com.mt ilbieraħ twaqqaf milli jieħu ritratti fl-Għarb fejn kien għaddej il-ġbid ta’ xeni mill-film By the Sea ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt, jidher li kien hemm min irnexxielu jitlaq mill-pjazza b’ritratt.
Ritratt li bagħtilna qarrej ta’ Newsbook.com.mt juri l-preparamenti fuq waħda mix-xeni tal-film.
Ilbieraħ Angelina Jolie u Brad Pitt ħallew għall-ftit is-sett tal-film fi Mġarr ix-Xini u qattgħu ġurnata fil-Pjazza tal-Għarb. Fil-ħin li Newsbook.com.mt kien fuq il-post, fil-pjazza kien hemm karozzi antiki u lussużi li se jidhru fil-film, kif ukoll xi atturi ppreparati għall-ġbid tax-xena. Pulizija u uffiċjali tas-sigurtà ġiegħluna nħassru quddiemhom stess ir-ritratti li ħadna.
Ritratt fuq: info@newsbook.com.mt