“Kien hemm frame-up fuqi bl-emails” – Dr Austin Gatt

Il-Ministru Austin Gatt indirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha qal li għandu f’idejh rapport lest dwar is-suspetti fondati tiegħu li sar frame-up fuqu maħsub biex iċappsu mal-kwistjoni taż-żejt.

Fost l-istqarrijiet li għamel il-Ministru Gatt, qal li skont hu, huma tlieta l-kandidati tal-Partit Laburista involuti; l-Avukat David Farrugia Sacco, Evarist Bartolo, u l-Avukat Manwel Mallia – li qal li kien involut fl-investigazzjoni tal-kompjuter ta’ George Farrugia, li ngħata l-proklama fl-isfond tal-każ dwar kummissjonijiet li allegatament ittieħdu fi kwistjoni tax-xiri taż-żejt.

Temm jistaqsi, “meta saret din l-operazzjoni bl-emails? min iddeċieda li jaltera xi emails? min iddeċieda meta għandhom joħorġu l-affarijiet?”

Waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Dr Gatt qal li kategorikament jiċħad xi forma ta’ involviment.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.