Kien ħaqqha tinqala’ Emma?

Bosta kienu dawk li ħallew kummenti ta’ rabja wara li Emma Muscat ma għaddietx għall-finali ta’ Amici lbieraħ filgħaxija.
Il-maġġoranza tal-kummenti sostnew li l-mod kif inħadem il-programm għamluha apposta sabiex Emma tiġi eliminata u ma ssibx postha fil-finali.
X’kienu wħud mill-kummenti li tħallew fuq Facebook?
Fost il-messaġġi kien hemm bosta li għamlulha kuraġġ u qalulha sabiex ma taqtax qalbha hekk kif Malta kienet u se tibqa’ warajha.

Oħrajn sostnew li l-programm ta’ Amici mhux ħlief farsa hekk kif saħqu li Emma kien jistħoqqilha post fil-finali.

Madanakollu oħrajn spjegaw kif eliminazzjoni bħal din hija xi ħaġa li wieħed jistenna minn kompetizzjoni tat-tip. Sostnew li minnflok wieħed jirrabja u joħodha kontra l-programm għandu jkun kburi li persuna Maltija irnexxiela tasal propju sa dan il-punt u tikseb suċċess kbir fl-Italja.