Awdjo: X’ġara fit-12 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

1964

Ħareġ għall-wiri l-film A Hard Days Night, film komiku-mużkali li jesplora jumejn fil-ħajja tal-erba’ membri tal-Beatles waqt l-eqqel tal-fama tagħhom.

1968

Jimmy Page, Robert Plant, John Paul Jones u John Bonham daqqew għall-ewwel darba flimkien f’Londra waqt prova għal kunċert. Kien biss wara l-ewwel ftit kunċerti li daqqew fil-ġimgħat ta’ wara li għażlu li jsemmu l-grupp tagħhom Led Zepplin.

2000

Is-sottomarin nukleari Russu Kursk, sploda u għereq fil-Baħar Barents, bit-telfa tal-ekwipaġġ kollu ta’ 118-il baħri.

Min twieled bħal-lum?

  • Il-fundatur tal-Cadbury, John Cadbury
  • Il-kantanta Nadine Axisa
  • Mark Knopfler tal-grupp Dire Straits

Illum huwa wkoll

  • Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ
  • Il-festa ta’ San Giovanna Franġiska de Chantal

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz fuq 103