Kiel siequ biex ma jmutx bil-ġuħ

Kelb tar-razza Great Dane spiċċa mġiegħel jiekol siequ stess wara li tħalla żmien twil bil-ġuħ mis-sidien tiegħu.

Skont l-animal shelter f’South Carolina fl-Istati Uniti, il-Pulizija kienu infurmati b’dan il-każ tal-kelb li kien qed imut bil-ġuħ wara li rċevew rapporti ta’ kelb irqieq ħafna. Ir-rapporti komplew jiggravaw hekk kif ġie rappurtat li l-kleb saħansitra kellu iktar min-nofs siequ ta’ wara tal-lemin nieqsa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li sabet il-kelb ta’ sitt snin marbut ma’ arblu mingħajr aċċess għall-ikel jew ilma. Is-servizz tal-animal shelter ħa l-każ f’idejh u issa jinsab qed jieħu ħsieb il-kelb.