“Kieku ridt siġġu garantit kont nibqa’ mal-Panamagang” – Marlene Farrugia

Id-deputat Indipendenti Marlene Farrugia saħqet li kieku riedet siġġu garantit fil-Parlament, “kont nibqa’ mal-Panamagang u nitla’ rocket”.
Fuq Facebook, hija wieġbet għar-rapporti fuq il-One u t-Torċa u ċaħdet li fit-taħditiet ta’ koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista, talbet co-option fil-Parlament jekk ma tiġix eletta.
Iddeskriviet ir-rapport bħala “gidba tal-One u tat-Torċa.”  Saħqet li hi trid li jirbaħ is-sewwa.