Kieku nista….

Kieku nista taf li ngħannqek
intaffielek ftit l-uġiegħ
mejjel rasek fuq spallejja
kemm noffrilek ftit mistrieħ.

Kieku nista taf li ngħannqek
wiċċek immelles għalenija
subgħajja jduru ġo xuxitek
bħallikieku kont tarbija.

Kieku nista taf li ngħannqek
u ħaddejk nimla bil-bews
dawk idejk nagħfashom f’tiegħi
flimkien nisfidaw il-mewġ.

Kieku nista taf li ngħannqek
il-mard begħedna minn xulxin
pero int qatt ma tkun waħdek
sakemm indum hawnhekk jien.

Elaine Gauci Scerri
Ottubru 2020