“Kieku morna lura, kienu jittorturawna; lin-nisa jistuprawhom”

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Kieku dawk li kienu fuq l-El Hiblu 1 marru lura lejn il-Libja, il-Libjani kienu jpoġġuhom f’kamra, jittorturawhom, u jitmugħom darba f’ġurnata. Ukoll, il-Libjani jagħżlu n-nisa li jgħoġbuhom, u jistuprawhom.

Dawn kienu kliem iż-żgħażagħ akkużati bil-ħtif tal-bastiment El Hiblu 1. Huma kienu qed jitkellmu ma’ għaqda tad-drittijiet tal-bniedem, Amnesty International. L-għaqda qalet li minħabba dan, l-akkużi li qed jaffaċċjaw it-tliet żgħażagħ huma “sproporzjonati” u ma jirriflettux iċ-ċirkustanzi.

Allegatament, iż-żgħażagħ kienu parti minn grupp ta’ madwar 100 immigrant. Iż-żgħażagħ allegatament heddew lill-membri tal-ekwipaġġ u sfurzaw il-bastiment biex imur Malta minflok il-Libja. Huma għandhom 15, 16, u 19-il sena.

Aqra: El Hiblu 1: 3 żgħażagħ fosthom 2 minuri jibqgħu jinżammu arrestati

Skont l-għaqda, l-akkużi miġjuba kontrihom dwar atti terroristiċi, vjolenza kontra nies u oġġetti u ħtif ta’ bastiment ma jirriflettux ir-riskji li kienu jaffaċċjaw kieku rritornaw il-Libja.

Aqra iżjed:

El Hiblu 1: L-Avukat Ġenerali jitlob evalwazzjoni indipendenti tal-età

El Hiblu 1: Iż-żgħażagħ akkużati bil-ħtif tal-bastiment jitpoġġew taħt att ta’ akkuża

Aġġornata: Bastiment allegatament maħtuf mill-immigranti ġej lejn Malta – Rapporti