“Kieku mmur lura fiż-żmien, nerġa’ niżżewġek mill-ġdid” – Glen lil Claire

Awguri lill-attur Glen Callus u martu Clare li llum, id-29 ta’ Mejju, qed jiċċelebraw l-10 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Glen, li narawh f’sensiliet lokali bħal Division 7 u Game Over, f’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu ddeskriva lil Claire bħala persuna tal-għaġeb.

Kiteb ukoll li kieku kellu jmur lura fiż-żmien, kien jerġa’ jiżżewwiġha mingħajr ma joqgħod jaħsibha.

Ritratt: Facebook/GlenCallus

Awguri lil Glen u lil Clare għal aktar snin ta’ mħabba.