Awdjo: ‘Kieku ma nħolqux 20 elf impjieg ġdid, kieku l-qgħad kien ikun ħafna iktar’ – Dr Chris Said

Ftit wara li ħarġet l-aħbar mill-NSO dwar iż-żieda fin-nies li qed jirreġistraw għal xogħol, il-Partit Nazzjonalista sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie elenkat il-ħidma tal-gvern biex jinħoloq aktar xogħol.

Il-Ministru Chris Said qal li għalkemm din l-istatistika turi li żdied il-qgħad, dan ma jfissirx li ma nħolqux 20 elf post tax-xogħol ġdid f’dawn l-aħħar ħames snin.

Huwa sostna li gvern nazzjonalista ħadem biex leħaq il-miri ta’ rekord ta’ nies jaħdmu full-time u inqas rati ta’ qgħad.

Dr Chris Said qal li għalkemm dawn huma figuri biss, huwa importanti li l-poplu jżomm f’moħħu dawn ir-riżultati.

Huwa kompla jgħid li l-gvern nazzjonalista kiseb dawn ir-riżultati u kompla b’aktar investimenti, minkejja it-tfixkil kontinwu tal-oppożizzjoni.