“Kieku llum għalaqna 29 sena” – Moira

Moira Muscat u Mark Vassallo

Jum nostalġiku għall-attriċi Moira Muscat li nafuha f’bosta sensiliet ta’ drama lokali fosthom F’Baħar Wieħed u Ingropp-pi, kif ukoll It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, li bħalissa qed jerġa’ jixxandar fuq l-istazzjon Net.

Kien proprju bħal-lum 29 sena ilu, fis-6 ta’ Ġunju tal-1991 li hi kienet iżżewġet lil Mark Vassallo, li sfortunatament miet f’inċident tat-traffiku f’Awwissu tal-2018. Huwa kien magħruf għas-sehem tiegħu fuq diversi programmi televiżivi li dderieġa fuq il-PBS.

Miż-żwieġ tagħhom għandhom ukoll tifel, Daniel.

Proprju f’dan il-jum, fuq il-midja soċjali, l-attriċi fakkret il-jum tat-tieġ tagħhom permezz ta’ għadd ta’ ritratti li jqanqlu bosta nostalġija.

Mark u Moira f’diversi mumenti mit-tieġ tagħhom 29 sena ilu

Kuraġġ Moira.