​Follow-Up: “Kieku l-ġenituri għamlu abort bik, konna nitilfu ġojjell”

Persuna kitbet dan il-messaġġ fuq Facebook lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’diżabiltà, Oliver Scicluna:  “Kieku l-ġenituri tiegħek għamlu abort bik, konna nitilfu ġojjell.” Dan fid-dawl tad-diskussjoni li meta omm jgħidulha li se jkollha persuna b’diżabilità, ma tista’ qatt tgħid kemm dik it-tarbija għad tirnexxi fil-ħajja.
Oliver Scicluna huwa fost il-persuni mistiedna fil-programm Follow-Up fuq RTK.
Il-programm jiddiskuti wkoll dak li ntqal dwar l-ilsien Malti u l-eżami li jkun eħfef minn kif kien isir s’issa.