“Kieku kont flok Konrad Mizzi kont nirriżenja”

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kieku hu kien minflok il-Ministru Konrad Mizzi kien jirreżenja.
F’Bartolo kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-kummenti li għadda l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant, fejn appella lil Konrad Mizzi biex malajr kemm jista’ jkun jieħu d-deċiżjoni onorabbli u jirriżenja.
Qal li żgur li ma kienx jagħmel hu li jmiss ma’ pajjiż bħal Panama.
Saħaq li mhux kwistjoni ta’ legali għax legalment jistgħu jsiru jsiru u l-miljunarji u l-biljunarji tad-dinja jħallsu ħafna flus biex jaħbu l-flus.
Saħaq li l-mara u r-raġel ż-żgħir ngħidulhom ħallsu sal-inqas ewro.
Temm billi kwota l-proverbju Ruman: “għandek liġi għall-allat u l-liġi għall-annimali" u qal li n-nies jistaqsu “mela aħna annimali?”
Aktar kmieni l-Minsitru Evarist Bartolo kien ikwota wkoll fuq il-profil tiegħu tal-Facebook lil Ġużè Ellul Mercer. 
Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal fil-Parlament li l-Prim Ministru għandu jixtarr l-implikazzjonijiet tal-kwistjoni tal-Panama u jieħu deċiżjonijiet politiċi diffiċli
Waqt il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista,
 id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Konrad Mizzi qal li bħalissa jinsab f'kunflitt intern u ma jistax jinjora r-rabja tal-poplu u jinsab lest li jaċċetta kull deċiżjoni li jista' jieħu l-Prim Ministru u lest li jikkampanja bis-sħiħ fl-elezzjoni ġenerali tal-2018.