Kibru l-familji ta’ Henderson u Salah

In-nisa tal-istillel ta’ Liverpool, Mo Salah u Jordan Henderson, kellhom tarbija wara disa’ xhur mindu rnexxielhom jirbħu bl-iskor ta’ 4-0 kontra Barcelona. L-ebda mill-plejers ma’ kkonfermaw din l-aħbar iżda r-rapporti Ingliżi qed jirrappurtaw li ż-żewġ nisa kienu qed jistennew tarbija.

Disa’ xhur ilu Liverpool reġgħu qamu fuq saqajhom biex rebħu kontra Barcelona bl-aggregate ta’ 4-3 fis-semi-finali taċ-Champions League.

Il-leaders tal-Premier League kienu tilfu l-ewwel logħba ġewwa Nou Camp 3-0, iżda grazzi għal żewġ gowls ta’ Divock Origi u Georginio Wijnaldum, Liverpool assiguraw posthom fil-finali taċ-Champions League. Jidher li ċ-ċelebrazzjonijiet marru oltre mid-dressing room.

Skont rapporti barranin, iż-żewġ nisa weldu t-trabi din il-ġimgħa.

Henderson u martu diġà għandhom żewġt ibniet, Elexa u Alba. Min-naħa tiegħu Salah u Martu għandhom tifla waħda, Makka u qed ikun rappurtat li l-omm weldet tifla.