Kia GT Ride bi premju għall-isbaħ disinn

Kia GT Ride hi application għat-tlielaq tal-karozzi li tista’ titniżżel b’xejn minn fuq l-Apple jew Android.  Din tħallik tuża’ l-immaġinazzjoni tiegħek billi tiddisinja t-trekk għal tellieqa unika kif tixtieq inti, billi ċċaqlaq l-ismarphone fl-arja u tikkrea r-rotta tiegħek permezz ta’ sensors tal-mowbajl stess.  
Min ikun qed jilgħab jista’ jtellaq fuq iċ-ċirkwit tal-GT Ride tiegħu, isuq Kia pro cee’d GT u jissettja l-ħin li jixtieq qabel ma’ jilgħab ma’ nies oħra fuq Facebook u jisfidhom jissettjaw il-ħin tagħhom.
Żviluppata minn LA Red u Artificial Rome, flimkien ma’ Kia Motors Europe, din l-application għandha grafika tal-aqwa kwalità biex toħloq atmosfera ta’ tellieqa kemm jista’ jkun reali. 
Fl-2013, il-Kia pro cee’d ukoll kienet ippremjata għall-aqwa produzzjoni tad-disinn Red Dot. 
Din l-application għandha riżoluzzjoni għolja u karatteristiċi grafiċi li jagħtu stampa ċara ta’ mudell GT bi profil atletiku u disinn iddettaljat minn kull aspett.
Red Dot Design hi waħda mill-iktar kompetizzjonijiet prestiġġjużi għad-disinn, li ilha tippremja disinni tal-aqwa kwalità sa mill-1954.  
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .