Kia b’offerti eċċellenti sas-Sibt

Cars International, rappreżentanti tal-Kia f'Malta, ħabbru offerti fantastiċi għax-xahar ta' Ottubru fuq il-mudelli l-aktar popolari tal-Kia, bi tnaqqis li jitla' sa €3,800.
B'dawn l-offerti straordinarji fuq l-għażla wiesgħa ta' karozzi Kia li jissodisfaw il-bżonnijiet, il-preferenzi u l-baġits tal-klijenti, Cars International qed toffru l-possibbiltà lil kull min irid jixtri karozza ġdida prezz mill-aqwa u li ma jħabbatha ma ebda prezz ieħor. Prezz li jista' jiġi ffinanzjat minn Cars International b'depożitu biss ta' 10%.
L-offerta, valida sal-aħħar ta' Ottubru, hi fuq il-mudelli kollha ġodda – il-Kia Picanto, il-mudell għal kollox ġdid Kia Rio, il-mudell rebbieħ u mill-aktar eċċitanti Kia cee'd, u l-mudell SUV rebbieħ ukoll ta' diversi premjijiet, il-Kia Sportage. Din l-offerta qed tippreżenta opportunità li qatt ma kien hemm bħalha biex tibda ssuq Kia ġdida.