Kewkba tiddi f’ġurnal Taljan

Il-kantanta Janice Mangion tal-kanzuneeta Kewkba, illum tagħlaq sninha.
F’dawn is-sigħat fejn qed tiċċelebra dan l-avveniment personali, ġurnal online Taljan Euromusica ħareġ artiklu dwar il-fatt kif il-kantanta ftit ġranet ilu reġgħet poġġiet il-lingwa Maltija fix-xena tal-aktar festival popolari f’Malta.
L-artiklu jikkummenta dwar is-sens li tnissel fil-poplu Malti lejn il-lingwa Maltija u jsemmi ukoll il-kanzunetti l-oħra li fil-passat kellhom vers jew tnejn fil-Malti.
Isemmi ukoll il-fatt li fil-passat Janice kienet akkumpanjat lil Kevin Borg fl-istess konkors.
Intant it-team ta’ Kewkba li kisbet it-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest ħareġ filmat bil-lirika tal-kanzunetta mwassla u moqrija mill-kantant Mark Tonna.
Il-kanzunetta hi miktuba mill-awtur Emil Calleja Bayliss u l-kompożitur Mark Scicluna.