Kevin Moore jrebbaħ it-3 midalja tad-deheb lil Malta

Grazzi għall-atleta Kevin Moore, Malta kisbet midalja tad-deheb oħra fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru fl-Iżlanda. 
Il-ġirja tal-200 metru, Kevin Moore, irnexxielu jagħmilha f’21.45. 
Nhar il-Ħamis, l-atleta Malti-Awstraljan irnexxielu jagħmel 400 metru f’ħin ta’ 47.86 sekonda. 
Bil-midalja tad-deheb tal-lum, fis-16-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, Malta sa issa rnexxielha tikseb tliet midalji tad-deheb.  
Il-midalja l-oħra rnexxielha tirbaħha Charlotte Wingfield fit-tellieqa tal-100 metru.