Kevin Cutajar jew Jean Pierre Debono bħala MP ġdid għall-PN?

Read in English.

Qam dibattitu sħiħ online dwar jekk is-siġġu ta’ David Stellini bħala Membru Parlamentari għall-Partit Nazzjonalista għandux jingħata lil Kevin Cutajar jew inkellha lil Jean Pierre Debono.

L-argument ewlieni li qed jintuża minn bosta persuni huwa li hemm bżonn li kandidat Għawdxi, jiġi mibdul ma’ kandidat Għawdxi ieħor. Dan l-argument jista’ joħloq problema għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li possibilment jista’ jiddeċiedi li jagħti dan is-siġġu lil Jean Pierre Debono, eks-MP li kien irreżenja wara l-elezzjonijiet tal-2017 sabiex jagħmel post għal Delia stess fil-Parlament.

Stellini qal li r-raġuni għaliex ħass li ma kellux jibqa’ MP ttieħdet fi sfond ta’ klima politika li ma tagħmilx ġid la lill-Maltin u lanqas lill-Għawdxin. Qal li dan minħabba li hawn firda politika kbira li ma tagħmilx ġieh lill-pajjiż. Hu kien ġie co-opted fil-Parlament wara li ħa s-siġġu ta’ Marthese Portelli.

Aqra: L-ittra ta’ riżenja ta’ David Stellini tinqara fil-Parlament

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Therese Comodini Cachia, li kienet ġiet eletta bħala Membru Parlamentari, sostniet li Kevin Cutajar huwa bniedem intelliġenti u determinat li serva l-politika lokali u wera li lest li jkompli jservi l-pajjiż. Qalet li għal din ir-raġuni temmen li Cutajar għandu jiġi co-opted fil-Parlament.

Thank you David Stellini for the contribution you have given by serving in politics. Best of luck for your future.One…

Posted by Therese Comodini Cachia on Tuesday, May 28, 2019

Min-naħa tiegħu, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina insista li huwa bix-xieraq li tinżamm l-istess rappreżentanza f’Għawdex u minflok David Stellini, il-PN jagħżel lil Kevin Cutajar. Tenna li Cutajar huwa avukat li ma ħalliex id-diżabiltà tkun ta’ ostaklu għal dak li jagħmel f’ħajtu. Spjega li l-ewwel darba li ltaqa’ ma’ Cutajar kien kważi 20 sena ilu meta kienu studenti fil-kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta.

Aquilina insista li konvint li se jagħmel l-almu kollu jekk jingħata l-opportunità li jirrappreżenta lill-Għawdxin. Qal li din l-għażla tkun ukoll messaġġ qawwi ta’ fiduċja u sostenn mill-PN għal persuni b’diżabilità.

Filwaqt li bosta qablu mad-diskors ta’ Aquilina, u l-messaġġ tiegħu saħansitra ġie mxerred minn bosta partitarji u MPs oħrajn, kien hemm min ikritika l-messaġġ ta’ Aquilina u talbu sabiex iħalli li dawn id-diskussjonijiet isiru internament fil-partit.

Grazzi lill-kollega David Stellini tas-servizz li ta bħala Membru Parlamentari elett minn Għawdex f’isem il-Partit…

Posted by Karol Aquilina on Tuesday, May 28, 2019

Min-naħa tiegħu, Robert Musumeci, il-perit u l-konsulent tal-Gvern qal fuq Facebook li l-għażla naturali għandu jkun Debono minħabba l-att li kien għamel fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali fejn ċeda postu wara li ġie elett. Musumeci kompla jgħid li hemm ċans li dan isib reżistenza qawwija. Għaldaqstant sostna li ladarba Debono ma jkunx irid il-pożizzjoni, mela s-siġġu għandu jintagħżel skont ir-rappreżentanza ġeografika.

The discussion is now shifted to who should be co opted instead of Stellini.Logically, Jean Pierre Debono should be…

Posted by Robert Musumeci on Tuesday, May 28, 2019