Kesħa, riħ u xita mistennija għall-jiem li ġejjin

L-uffiċċju meteoroloġiku fi stqarrija qal li għall-jiem li ġejjin, nistgħu nistennew arja kiesħa u xita. Dan it-temp se jġib miegħu xita minn għada filgħodu u jwassal sa tmiem il-ġimgħa. Nhar il-Ġimgħa li ġej huwa mistenni li jkun hemm xita bis-silġ u r-ragħad.

It-temperatura se tinżel għal 8°C filwaqt li l-għola tilħaq it-12°C, 4 gradi inqas mill-medja f’Marzu.

Ir-riħ mistenni jonqos u t-temp jdur għall-aħjar mal-jum tas-Sibt.