Kera l-appartament tiegħu ftit jiem qabel id-delitt tal-eks tfajla

Facebook - Shannon Mak

Iż-żagħżugħ akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu f’Santa Venera f’Awwissu li għadda kien kera l-appartament tiegħu ftit jiem biss qabel id-delitt.

Fil-Qorti llum kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tad-delitt. Il-vittma, Shannon Mak kienet instabet b’għonqha mħanxar fi Triq il-Mastrudaxxi. L-akkużat huwa żagħżugħ ta’ 22 sena min-Netherlands.

Fil-Qorti xehdet sid il-post li kera. Qalet li kien ilu jgħix hemm għal ftit jiem. Spjegat li kollega tiegħu kien irrakkomandalha li tikrilu l-post. Qal li l-akkużat avviċinha biex jikri l-post li kien ilu jgħix fih inqas minn 15-il ġurnata.

Qalet li dan sar bejn it-tielet u r-raba’ ġimgħa ta’ Lulju. Kellhom ftehim preliminari.

Fil-Qorti nstema’ wkoll kif ġie ordnat li biċċa ħġieġ bi traċċi tad-demm tintbagħat lejn laboratorju għall-analiżi tad-DNA.

Xehed ukoll Spettur tal-Pulizija li kien diġà xehed qabel. Dan għaliex kien hemm xi problema bis-sistema tar-recording fl-awla meta xehed id-darba ta’ qabel.

Il-każ mistenni jkompli jinstema’ x-xahar id-dieħel.

Is-sid ta’ Legligin Wine Bar qal li Shannon Mak, il-mara li nstabet mejta b’għonqha mħanxar f’Santa Venera, kienet mara ta’ karattru ħelu, intelliġenti u ħabrieka.

Tinstab b’għonqha mħanxar; is-sieħeb tagħha arrestat