Kenny Rogers jiddaħħal l-isptar; Il-kantant tal-mużika country għandu 80 sena

Ritratt: Instagram

Kelliema għall-kantant tal-mużika country Kenny Rogers, li għandu 80 sena, ħabbru li dan l-artist ċelebri jinsab l-isptar. Speċifikaw però li kontra għal dak li ġie rrapurtat fil-midja, Rogers iddaħħal minħabba f’nuqqas ta’ fluwidi f’ġismu u għaldaqstant qed jinżamm għall-kura u trattament.

RItratt: Instagram

Rogers rtira mill-mużika fl-2017 wara karriera ta’ 60 sena li kienet mimlija suċċessi b’siltiet popolari bħal The Gambler, Lucille, u Lady.

Hu żżewweġ ħames darbiet u l-ħames mara tiegħu, Wanda Miller, iżżewwiġha fl-1997. Huma għandhom tewmin, Jordan u Justin li għandhom 14-il sena.

Rogers għandu wkoll tlett ulied oħra, Carole (60 sena), Kenny Jr. (55 sena) u Christopher Cody (37sena).

L-ewwel tnejn huma ta’ eta’ ikbar mill-mara ta’ Rogers, Wanda, li għad għandha 52 sena.