Kenja: Tifel ta’ 4 snin jgħajjar lil terrorist u jaqla’ ċikkulata

“Inti raġel kattiv” – Tifel ta’ erba’ snin uża propju dan il-kliem biex jgħajjar lil wieħed mit-terroristi li nhar is-Sibt li għadda spara fl-istabbilment ta’ Westgate f’Nairobi fil-Kenja fejn mietu minn tal-inqas 72 persuna.

B’sorpriża għal kulħadd, ir-raġel talbu maħfra u qallu li huma mhumiex terroristi. Biex jiskuża ruħu tah biċċa ċikkulata Mars.

Elliot Prior, kien qiegħed fl-istabbilment flimkien ma’ ommu u oħtu Amelie ta’ sitt snin.  Meta bdiet l-isparatura, l-omm ħbiet lit-tfal tagħha imma t-terroristi rnexxielhom isibuhom u sparaw f’sieq l-omm.

Kien dak il-ħin li Elliot għolla leħnu mat-terrorist u minflok ċanfira, qala' ċikkulata.