Kenja: Jidħlu armati fir-residenza tad-Deputat President

Irġiel armati mhux magħrufa daħlu fir-residenza tad-Deputat President tal-Kenja.
L-irġiel daħlu fir-residenza ta' William Ruto fil-belt ta' Eldoret wara li attakkaw u uffiċjal tal-Pulizija li kien għassa barra r-residenza.
Hekk kif il-pulizija iċċirkondaw ir-residenza, il-midja internazzjonali rrappurtat li instemgħu numru ta' sparaturi minn ġewwa.
L-awtoritajiet ikkonfermaw li Ruto ma kienx id-dar waqt l-attakk.
Dan l-inċident seħħ biss 10 ijiem qabel l-elezzjoni presidenzjali fil-Kenja.