Kenja: Ħamsa arrestati b’rabta mal-attakk terroristiku

Fil-Kenja ġew arrestati ħames persuni b’rabta mal-attakk terroristiku f’università f’Garissa ftit jiem ilu, li ħalla 148 persuna mejta u oħrajn midruba.
L-istudenti kienu kollha nsara.
Il-grupp terroristiku wara dan l-attakk kien dak Iżlamiku tas-Somalja al-Shabab.
Madanakollu s-sigurtà fil-Kenja qed tkompli tħasseb lin-nies wara l-attakki fl-università, hekk kif jidher li l-awtoritajiet irċevew twissija li se jsir attakk imminenti fuq skola jew università, iżda fil-ħin tal-attakk kien hemm biss żewġ uffiċjali tas-sigurtà.
Il-vittmi bdew jiġu identifikati, bil-maġġoranza tagħhom ikunu studenti.