Kenja: 4 maqtula minn persuni armati

Fil-Kenja, mietu mill-inqas erba’ persuni filwaqt li oħrajn indarbu, wara li persuni armati fuq mutur sparaw fil-belt ta’ Mombasa.
Il-belt kien fil-mira ta’ vjolenza fix-xhur li għaddew, b’numru ta’ splużjonijiet u attakki.
F’rapporti ntqal li l-militanti Somali al-Shabab huma wara l-attakki, iżda oħrajn qalu li l-kawża hi n-nuqqas ta’ ftehim bejn il-politiċi lokali.