Kenja: 29 persuna jmutu f’żewġ attakki bil-bombi

Mill-inqas 29 persuna tilfu ħajjithom f’żewġ attakki separati bil-bombi fil-Kenja.
Wieħed mill-attakki seħħ matul il-lejl li għadda f’ċentru tax-xiri fid-distrett ta’ Lamu, l-istess inħawi fejn din is-sena seħħew diversi attakki minn militanti Islamiċi.
Hu mifhum li diversi djar ingħataw in-nar f’Hindi qrib Mpeketoni filwaqt li għassa tal-pulizija kienet attakkata f’Gamba.
Għadu mhux magħruf min kien responsabbli minn dawn l-aħħar attakki.