Kemm tiswa Presidenza tal-UE?

Mhux kull pajjiż li kellu f’idejh il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea nefaq l-istess ammont u għall-Kummissjoni Ewropea, hija diffiċli li tikkalkula spiża medja.
Fil-preżent, il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tinsab f’idejn l-Olanda, li qed tistma spiża ta’ €62.8 miljun.
Din l-ispiża iżda hija inqas minn dik tal-2004, meta l-Olanda kienet nefqet €97 miljun.
Sabiex jonqsu l-ispejjeż, il-Presidenza Olandiża ddeċidiet li l-laqgħat isiru kollha f’post wieħed u mhux f’27 post bħala kien sar 12-il sena ilu.
€46 miljun mill-ispiża se jmorru f’xogħlijiet infrastrutturali biex il-post ikun jista’ jilqa’ fih laqgħat u avvenimenti.
Aktar minn €16-il miljun se jmorru sabiex jiġu organizzati l-għexieren ta’ laqgħat li se jsiru f’sitt xhur.
L-ewwel laqgħa ta' din il-Presidenza hija dwar l-immigrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin.
Il-Kummissjoni Ewropea mhix f’pożizzjoni li tikkalkula x-xogħol addizzjonali ta’ pajjiż għall-Presidenza għaliex dan jestendi fuq id-doveri tal-Ministri tal-pajjiż, li jkollu l-Presidenza dak il-perjodu.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Olandiż għandu tim ta’ 30 persuna li ħadmu biss fuq il-Presidenza.
Il-Presidenza matul it-tieni sitt xhur tas-sena se tkun f’idejn is-Slovakkja u Malta se jkollha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar tal-2017.