Kemm tiswa kull doża tal-vaċċin għall-influwenza?

Il-vaċċin tal-influwenza sewa lil Gvern €10 kull doża. Dan sar magħruf fil-Parlament hekk kif il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li huwa stmat illi n-nefqa għal 250,000 vaċċin tal-Influwenza se tkun €2,521,400.

Huwa kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li lbieraħ staqsa lid-Deputat Prim Ministru jipprovdi n-nefqa kollha ta’ kemm sewa l-vaċċin tal-influwenza għal din is-sena.

Fl-ewwel ġimgħa li l-vaċċin tal-influwenza kien f’Malta ngħataw iktar minn 100,000 vaċċin li bdew jingħataw b’xejn minn diversi ċentri madwar Malta u Għawdex.

Żieda fit-talba għall-vaċċin tal-influwenza tax-xitwa wassal għal nuqqas f’ċerti bliet Ewropej, biex b’hekk żdied ir-riskju ta’ “epidemija doppja” b’konsegwenzi potenzjalment letali maż-żieda fil-każijiet ta’ COVID-19.