​Kemm tiflaħ din it-tarbija?

Tarbija ta’ 11-il xahar li nħakmet minn meninġite rari,  sarulha mill-inqas erba’ operazzjonijiet biex qatgħulha idejha u saqajha.
Il-familja ta’ Kia Gott minn West Yorkshire, fir-Renju Unit qalu li “għadha tiġġieled”.
Dawn l-operazzjonijiet sarulha f’temp ta’ xahrejn. Kollox beda meta ġisem Kia nkesa b’raxx u ttieħdet l-isptar.
Skont it-tobba, dan hu l-agħar każ li qatt kellhom f’25 sena.
Hemm possibilità li t-tifla titlef il-vista, is-smigħ u ssirilha wkoll ħsara f’moħħha.
S’issa nġabru aktar minn €28,000 għall-familja ta’ Kia, permezz tal-paġna JustGiving.
Paul u Vikki, il-ġenituri ta’ Kia jinsabu trawmatizzati.