Kemm taf fuq il-Metal f’Malta?

Grupp ta’ żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-mużika metal ingħaqdu biex ħadmu dokumentarju dwar l-istorja tal-mużika ta’ dan il-ġeneru f’Malta.
Dan id-dokumentarju, li hu magħmul minn ammont ta’ intervisti ma’ artisti stabbiliti kif ukoll ġodda f’dan is-settur, jirrakkonta fid-dettall l-istorja tal-mużika metal f’Malta bl-għan li jkisser l-istigma li dan l-istil ta’ mużika hu wieħed antagonistiku.
Fost dawk intervistati hemm baned bħal Beheaded, Forsaken, Loathe and Martyrium kif ukoll baned ġodda bħal Align the Tide.
Brotherhood: A Story of Metal in Malta jagħti ħarsa dettaljata lejn il-ħajja ta’ mużiċisti li jdoqqu u tgħoġobhom din il-mużika f’Malta.
B’filmati u muntaġġ ta’ Nicholas Bonello u produzzjoni ta’ Malcolm Alden, dan id-dokumentarju se jintwera għall-ewwel darba  fl-Embassy Cinemas fil-Belt Valletta  fis-16 ta’ Settembru bejn l-10.30am u s-2.30pm.
Jekk tħobb il-mużika metal jew forsi kurjuż dwarha, tista’ tixtri l-biljetti biex tara dan id-dokumentarju minn hawnhekk.