Kemm se jdum dan it-temp?

Aħsibha darbtejn qabel ma tibda terfa’ l-kowtijiet hekk kif it-temp xitwi jidher li fadallu magħna ftit oħra.
Skont It-Temp Madwarna, wara t-temp sħun bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej, mistennijja fewġa ta' arja kiesħa mill-Artiku li se tmiss lil Malta. Din se ġġib magħha wkoll xita u temp xejn sabiħ bejn id-19 u s-26 ta’ Marzu.
It-Temp Madwarna hija paġna fuq Facebook għal dawk kollha li jinteressahom l-istudju dwar it-temp u x-xjenza warajh.

Ritratt: It-Temp Madwarna