Kemm se ddum jekk qed tistenna għal operazzjoni?

Persuni li jkollhom bżonn operazzjonijiet ta’ knee u hip replacement, idumu jistennew madwar sentejn.
Fil-Parlament, il-Ministru tas-Saħħa Konrad Mizzi qal li għal knee replacement, hemm 1,192 każ jistenna meta mqabbel ma’ 1,733 każ fl-2013.
Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-kelliema tas-Saħħa tal-PN Claudette Buttigieg, il-Ministru Mizzi qal li d-dewmien fl-operazzjonijiet tal-katarretti huwa ta’ erba’ xhur, meta mqabbel ma’ tliet snin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
Il-Ministru Mizzi ma setax jagħti statistika dwar l-operazzjonijiet tal-Arthroscopy għaliex għad m’hemmx ċifri miġbura.
Il-Ministru qal li s-sena li għaddiet, fl-isptar Mater Dei saru madwar 52,889 operazzjoni. Dan ifisser żieda ta’ 16,914 il-operazzjoni meta mqabbel mal-2008.