Kemm qed tikkonsma plastik mal-ikel kuljum?

FILE PHOTO: A man uses an improvised banca to collect plastic materials in a polluted river in Manila, Philippines December 24, 2016. Picture taken December 24, 2016. REUTERS/Romeo Ranoco/File Photo

Read in English.

It-tniġġiż bil-plastik għandu effett tant kbir fuq l-ambjent li inti jaf qed tikkonsma mal-5 grammi fil-ġimgħa tal-plastik. Dan huwa ekwivalenti għal daqs li kieku qed tiekol karta tal-kreditu. Dan ħareġ minn studju kkummissjonat minn karità għall-ambjent bl-isem ta’ WWF international.

L-istudju li sar mill-għaqda li tinsab fi ħdan l-Università tal-Awstralja fi Newcastle qal li l-akbar sors ta’ kkunsmar ta’ plastik ġej meta wieħed jixrob l-ilma, sors ieħor huwa meta persuna tiekol il-frott tal-baħar li ħafna drabi jittiekel sħiħ, allura l-plastik li jkunu kkunsmaw dawn il-kreaturi jiġi kkunsmat ukoll mill-bniedem.

Ir-rapport jispjega li mis-sena 2000, id-dinja pproduċiet l-istess ammont ta’ plastik li ġie prodott fis-snin kollha ta’ qabel flimkien. Terz ta’ dan jispiċċa fin-natura. Skont l-istudju, persuna tikkonsma 1,769 partiċella ta’ plastik fil-ġimgħa mill-ilma biss.

It-tniġġiż tal-plastik ivarja skont il-post, madanakollu ma hemmx post fid-dinja li mhux milqut minnu. Dan ġie konkluż fir-rapport wara li ġew evalwati 52 studju ieħor.

Fl-Istati Uniti, 94.4% tal-ilma tal-vit joħroġ li fih fibri tal-plastik, bil-medja tkun ta’ 9.6 fibri għal kull litru. L-ilma Ewropew huwa inqas imniġġeż hekk kif jidher li 72.2% tal-kampjuni tal-ilma biss ħarġu li kellhom xi fibri tal-plastik, li jammonta għal madwar 3.8 fibri f’kull litru.