Kemm qed inkunu egoisti fil-ħajja tagħna?

Christine Delicata u Dun Anton Teuma

Għall-programm tal-lum minn Sensilhena, Christine Delicata terġa’ tiltaqa’ ma’ Mons Anton Teuma, l-Isqof ta’ Għawdex, u ssaqsieh ħafna mistoqsijiet dwar il-mentalità taż-żgħażagħ u anke tal-kbar tal-lum dwar il-ħajja, l-għajxien, id-drittijiet u d-dmiirijiet.

X’differenza tagħmel fil-bniedem li jkollu u jħaddan valuri Insara? Kemm qed inkunu egoisti fil-ħajja tagħna, sew meta nitkellmu u sew meta naġixxu? Għaliex sirna poplu individwalist?

Hilary Spiteri reġa’ mar fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann il-Belt fejn spjega l-ornamenti tant sbieħ li nsibu f’dan il-Katidral. Xogħol artistiku minqux bid-deheb u figuri oħra, fil-ġebla.

Fr Paul Chetcuti sj, ser ikompli, anke xi kultant b’umoriżmu, jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu meta ħadem mal-qaddisa Madre Tereża ta’ Kalkutta.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Sensilhena jixxandar fuq TVM2 illum l-Erbgħa 28 ta’ Ottubru fis-7pm b’repetizzjoni l-Ħamis fis-2pm u l-Ħadd fil-11.15am.