“Kemm kellna ndumu biex indunajna bil-bżonn ta’ trattament ugwali? – Muscat

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat staqsa kemm kien hemm bżonn ħin biex wieħed jirrealizza li kull persuna jistħoqilha li tiġi tratta b’mod ugwali.
Il-Prim Ministru kien qed jitkellem waqt it-tnedija ta’ proġett tal-Malta Gay Rights Movement (MGRM) biex jiġi dokumentat tibdil li jsir għal-liġi dwar persuni LGBTIQ.
Muscat qal li ħafna drabi l-bidla tinvolvi proċess li jieħu l-ħin. Żied jgħid li ħames snin ilu, ittieħdet deċiżjoni li l-poplu Malti kien stenna żżejjed għal din il-bidla.
Skont Muscat, il-komunità LGBTIQ ma kinitix xi minoranza jew grupp ta’ pressjoni iżda komunità magħmula min-nies.
Fi kliem Muscat, “kien hemm u għad hemm impenn ċar biex issir riforma f’Malta b’liġijiet progressivi”.
Ritratti: DOI – Omar Camilleri