Kemm jafu t-tfal dwar il-ħut?

Read in English.

Waqt żjara fl-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd Clint Camilleri nieda l-kotba bil-Malti u bl-Ingliż bit-titli Nesploraw Flimkien it-Teżori tal-Baħar u Exploring Together the Treasures of the Sea.

Dawn il-kotba huma parti mill-proġett ta’ kampanja promozzjonali bl-istess isem, implimentata mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura (DFA), bi sħubija mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (NLA) u d-Dipartiment għall-Kurrikulu, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà (DCLE).

19-il skola qiegħda tipparteċipa f’dan il-proġett, li għandu mascot speċjali: Roger il-Gawwi. Il-proġett jinqasam fi 3 fażijiet: jitlaq mill-klassi, ikompli għar-riklamar, u jintemm permezz ta’ open weekend.

Camilleri qal li l-għan ta’ dan il-proġett huwa li jinforma lit-tfal dwar il-ħut lokali, dwar il-konsum sostenibbli tal-ħut u l-irwol ta’ kull individwu fil-konservazzjoni tal-ħut.

Il-proġett Nesploraw Teżori tal-Baħar hu parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020.