Kemm hu possibbli li aħna l-insara nxandru l-kelma t’Alla?

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Il-Kelma li jixxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One, Antonella Galea Loffreda, se titkellem ma’ Nikol Baldacchino u ma’ Joseph Pellicano, dwar l-Evanġelju tat-12-il Ħadd ta’ Matul is-Sena. Kemm hu possibbli li aħna l-insara nxandru l-kelma t’Alla u l-kliem ta’ Ġesù lill-oħrajn?

Fil-familja, fl-ambjenti tax-xogħol, ma’ ħbiebna… u kull fejn inkunu biex ħaddieħor isir jaf ir-rikezza tal-valuri li għallem Ġesù? Illum aħna aljenati b’ħafna affarijiet oħra, iżda dan ifisser, li ma nsibux ċans biex inxandru l-evanġelju fil-ħajja mgħaġġla ta’ kulljum? Forsi nistħu li se jidħqu bina jekk nitkellmu dwar Ġesù?

Fr Jesmond Micallef OFM Cap. jfisser l-Evanġelju waqt li Fr Louis Mallia jagħtina informazzjoni dwar il-qaddisin tal-ġimgħa.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.