Dr Tanya Melillo, Konsulent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-Vitamina D hija importanti daqs il-vitamini l-oħra kollha.
Fissret li f’Malta aħna ffortunati li jekk wieħed joħroġ fix-xemx ikun qed jieħu l-Vitamina D. Madanakollu fakkret li wieħed m’għandux joqgħod fix-xemx bejn il-11am u t-3pm.
Dr Melillo insistiet li minkejja li wieħed jista’ jieħu xi supplimenti f’forma ta’ pilloli, huwa importanti l-konsum ta’ ikel bnin u varjat, bħal ħaxix, frott u proteini.
Rappurtaġġ Addizzjonali: Liz Cutajar
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.