Kemm ħarġu ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-komunità fl-2019?

Fil-Parlament ħareġ in-numru ta’ ċitazzjonijiet minn uffiċjali tal-komunità li ħarġu minn Jannar sa issa.

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li jinsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru tal-2019 ingħataw 94,647 ċitazzjoni. Qal li f’dan l-istadju huwa diffiċli li jiddetermina l-valur totali ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet hekk kif uħud minnhom għadhom iridu jiġu deċiżi.

Bonnici kien qed iwieġeb għal mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.