Kemm għandhom żmien Beauty and the Best u Rumpelstiltskin?

Ħrejjef tat-tfal bħal Beauty and the Beast jistgħu jmorru lura eluf ta’ snin.
Permezz ta’ tekniċi li normalment jintużaw mill-bijoloġisti, ir-riċerkaturi studjaw ir-rabtiet bejn stejjer minn madwar id-dinja, u sabu li wħud minnhom kellhom għeruq preistoriċi.
Sabu li l-parti l-kbira tal-ħrejjef imorru lura għas-Sekli 16 u 17, b’waħda minnhom tmur lura għal Żmien il-Bronż.
Skont l-analiżi rriżulta li Beauty and the Beast u Rumpelstiltskin għandhom 4,000 sena.