Kemm għandek taħdem jekk għandek aktar minn 40 sena?

Esperti qalu li jekk wieħed għandu aktar minn 40 sena, m’għandux jaħdem aktar minn tliet ijiem fil-ġimgħa.
L-istudju li sar f’Melbourne sostna li persuni li għandhom aktar minn 40 sena jkunu aktar effiċjenti f’xogħlhom jekk jaħdmu biss tliet ijiem fil-ġimgħa.
Ir-riċerkaturi ppruvaw janalizzaw l-abbiltajiet konjittivi ta’ 3,500 mara u 3,000 raġel. Ir-riċerkaturi ffukaw partikolarment fuq l-kapaċitajiet tal-parteċipanti li jinkludu l-memorja, il-mod kif wieħed jirraġuna b’mod astratt u eżekuttiv.
X’dettalji ħarġu mir-riċerka:

  • Il-ħaddiema jidher li bdew jaħdmu b’mod anqas effiċjenti minħabba stress u għajja.
  • Is-sigħat li wieħed jaħdem għandhom rwol importanti fil-funzjonijiet konjittivi, u jidher li meta raġel ta’ 40 sena jew aktar jaħdem aktar minn 30 sena fil-ġimgħa jista’ jiġi affetwat b’mod negattiv.
  • Huwa diffiċli li wieħed jiddetermina x’tip ta’ xogħol huwa l-ideali għal persuni li jaqbżu l-40 sena, iżda skont il-Professuri li pparteċipaw fl-istudju, wieħed għandu jagħżel xogħol skont l-abbiltajiet konjittivi.
  • Huwa importanti li wieħed jagħżel xogħol li jkun kuntent fih.
  • Ir-riċerka turi li li wieħed jaħdem sa 67 sena tmur kontra n-natura u l-Gvernijiet hemm bżonn jieħdu azzjoni.