Kemm ġabru flus il-PL u l-PN waqt il-maratoni?

Filwaqt li l-Partit Laburista rnexxielu jiġbor €803,174 f’donazzjonijiet f’maratona ġbir ta’ fondi ta’ ġurnata organizzata tul il-Ħadd, il-Partit Nazzjonalista ġabar €670,632.

Fi stqarrija il-Partit Laburista sostna li dan il-ġbir kien frott il-ħidma tal-voluntiera li għamlu ġimgħat iħabbtu bieb bieb fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż. Il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxew f’maratona li se toffri l-bażi lill-Partit Laburista biex finanzjarjament jibda jħejji għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali f’Mejju tas-sena d-dieħla.

Intant, il-Partit Nazzjonalista ħabbar fuq Facebook kif matul din is-sena, il-Partit irnexxielu jiġbor €1,544,965 f’maratoni separati. Dik organizzata lbieraħ kisret ir-rekord tas-somma massima miġbura għal din is-sena.